Saturday, November 23, 2024

Qorti Awstraljana tiprojbixxi dimostrazzjonijiet minħabba l-pandemija tal-Covid-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Qorti Awstraljana pprojbiet protesta ta’ Black Lives Matter li kienet ippjanata li ssir matul tmiem il-ġimgħa ġewwa Sydney. Il-qorti qalet li din il-protesta hija ta’ riskju minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

Kienu l-pulizija ta’ New South Wales (NSW) li resqu quddiem il-qorti bil-għan li jwaqqfu din il-protesta. Eluf ta’ persuni kienu mistennija li jattendu għar-rally ta’ sol- idarjetà għall-qtil ta’ George Floyd ġewwa l-Istati Uniti tal-Amerika. Apparti hekk il-protesta kienet se ssir ukoll dwar l-imwiet ta’ persuni indiġeni ġewwa ħabsijiet fl-Awstralja.

Minkejja dan kollu, l-organizzaturi qalu li huma jinsabu determinati li jagħmlu dawn id-dimostrazzjonijiet. Wara l-qtil ta’ George Floyd f’Minneapolis, l-Awstraljani ħarġu jipprotestaw dwar in-numru ta’ mwiet ta’ persuni ta’ karnaġġjon skur li jkunu l-kustodja tal- pulizija.

Sport