Sunday, December 22, 2024

Qorti fir-Renju Unit tordna biex jintfew il-magni ta’ tarbija … il-ġenituri tagħha jappellaw

Aqra wkoll

Il-ġenituri ta’ tarbija ta’ seba’ xhur li bħalissa tinsab f’kundizzjoni kritika qalu li kienu qed iħejju biex jappellaw minn sentenza tal-Qorti li tat permess lit-tobba biex jitfu l-magni li permezz tagħhom binthom kienet qed iżżomm ħajja.

It-tarbija, Indi Gregory, ġiet iċċertifikata li tinsab maħkuma minn diversi mard li, sfortunatament, ma hemm l-ebda tama li tfiq minnu. Fil-fatt, iċ-Ċentru Mediku Queen’s fir-Renju Unit kienu talbu lill-ġenituri tagħha biex ituhom il-permess tagħhom ħalli jitfu l-magni u t-tifla tkun tista’ tgħaddi għall-ħajja ta’ dejjem u teħles minn din it-tbatija.

Il-ġenituri tagħha, Dean Gregory u Claire Staniforth, baqgħu jinsistu li huma mhu se jagħtu l-ebda permess. Kien għalhekk li l-amministrazzjoni tal-Isptar fetħet każ quddiem il-Qorti fejn talbet biex jingħatalha dan il-permess.

Ftit tal-jiem, f’sentenza li tat il-Qorti, qalet li l-amministrazzjoni tal-Isptar mhux se tkun qiegħda tikser il-liġi jekk twaqqaf it-trattament u titfi l-magni tat-tifla.

Dean u Claire, fil-mument li ngħatat is-sentenza, qalu li huma se jappellaw mis-sentenza għax ħadd m’għandu dritt jordna l-qtil ta’ persuna oħra.

Missier it-tifla qal li huma se jagħmlu dak kollu possibbli biex binthom tibqa’ tissielet għal ħajjitha u eventwalment tirbaħ il-battalja kontra l-mewt. Huwa saħaq li kemm hu kif ukoll is-sieħba tiegħu qatt mhuma se jaslu li jaċċettaw ordni tal-Qorti li permezz tagħha binthom titħalla tmut.

Ekonomija

Sport