Friday, December 13, 2024

Qrib 500 okkażjoni li Toni Bezzina ma marx għax-xogħol

Aqra wkoll

Tagħrif li wasal għand il-gazzetta t-Torċa juri li hemm qrib il-500 okkażjoni fl-aħħar snin li d-Deputat Nazzjonalista u l-Perit Toni Bezzina mar fuq xogħol privat tiegħu quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar u qabel il-MEPA, mingħajr ma ħa l-leave mid-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi, fejn jaħdem u llum għandu salarju ta’ €51,000.

Jirriżulta li Toni Bezzina ma jmurx għax-xogħol mingħajr spjegazzjoni anki jekk inġibdet l-attenzjoni għan-nuqqasijiet tiegħu u jagħmel ix-xogħol privat tiegħu bħala Perit waqt li suppost qed joffri s-servizzi tiegħu ma’ fejn jaħdem mal-Gvern. Toni Bezzina jingħad li mbagħad imur fejn hu impjegat mad-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi biex jiġbor il-vouchers tal-fjuwil ħalli jużahom għall-vettura tiegħu.

Ħafna mill-każijiet li Bezzina mar quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar għal xogħol privat flok mar ix-xogħol li għandu mal-Gvern huma fuq żviluppi fil-kostitwenza tiegħu fil-ħames distrett bħaż-Żurrieq u l-Qrendi.

Fuq Toni Bezzina nfetaħ ilment quddiem il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika minn Neville Gafa. Ilment dwar allegat ksur tal-kodiċi ta’ etika. Quddiem il-Kummissarju għall-Istandards, Gafa fetaħ ilmenti oħra fosthom quddiem id-Deputati Nazzjonalisti David Agius u Justin Schembri, b’sorsi jgħidulna li dawn iż-żewġ Deputati, speċjalment Schembri hu inkwetat dwar fatti li jeżistu dwar l-assenza tiegħu mingħajr spjegazzjoni fuq il-post tax-xogħol.

David Agius jaħdem il-Freeport bħala impjegat mal-Gvern u jirriżulta li għamel żmien twil ma jmurx għax-xogħol imma mbagħad beda jmur b’mod ridott bl-iskuża li għandu x-xogħol parlamentari bħala Deputy Speaker. Justin Schembri huwa għalliem u ma kienx qed imur għax-xogħol, speċjalment meta kien qed jaħdem fid-Dipartiment tal-Eżamijiet. Fuq dawn l-akkużi kien hemm ċertu ċaħdiet.

Toni Bezzina u David Agius kienu fost disa’ Deputati Nazzjonalisti li l-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika preċedenti, George Hyzler, sab li kienu mhux imorru għax-xogħol bl-iskuża tal-irwol parlamentari.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport