Aħbar xejn sabiħa hija dik ta’ sejba makabra fil-Kolombja tal-katavru ta’ xjenzat rinomat minn Londra, Alessandro Coatti. Partijiet mill-ġisem ta’ dan ix-xjenzat, li kellu 42 sena, instabu f’bagalja minn grupp ta’ tfal.
Il-pulizija lokali ħabbru li għadhom qegħdin ifittxu l-bqija ta’ dan il-kadavru.
Is-Sindku taż-żona, Carlos Pinedo Cuello, qiegħed joffri premju fi flus ta’ €12,000 għal informazzjoni li tista’ twassal għall-arrest ta’ dawk responsabbli għal dan il-qtil makabru.