Bħal lum 22 ta’ April 1993, kien inqatel Stephen Lawrence, żagħżugħ Ingliż. Hu nqatel f’attakk razzista waqt li kien qed jistenna karozza tal-linja f’Eltham f’Londra.
Ġara li flok tpoġġew riżorsi adekwati biex jinqabdu l-qattiela tiegħu, il-Pulizija ta’ Londra infiltraw kampanja għall-ġustizzja mill-familja ta’ Lawrence u dan bl-għan li jsibu evidenza li jiskreditaw il-familja.
Wara snin ta’ attivitajiet u kampanji, il-gvern kien sfurzat jaċċetta ir-razziżmu istituzzjonali tal-Pulizija. Finalment fis-sena 2012, żewġ persuni kienu nstabu ħatja bil-qtil.