Saturday, December 21, 2024

Queensland issir il-ħames stat fl-Awstralja li tiddekriminalizza l-ewtanażja volontarja

Aqra wkoll

L-Istat ta’ Queensland fl-Awstralja sar il-ħames Stat Awstraljan li ddekriminalizza l-ewtanażja volontarja wara dibattitu ta’ jumejn sħaħ.

Il-persuna li huma eliġibbli li jawtorizzaw l-ewtanzja volontarja jrid ikollhom 18-il sena, qegħdin ibatu minn kundizzjoni pprogressata u severa u li se toqtolhom fi żmien ta’ 12-il xahar, jistgħu jieħdu deċiżjonijiet iebsin u waħidhom mingħajr interferenza minn terzi persuni. Aktar minn hekk, id-deċiżjoni trid tkun iffirmata minn żewġ tobba.

Dawk preżenti għad-dibattitu qalu li appena spiċċat id-diskussjoni fil-Parlament, instemgħet ċapċipa li kkonfermat li n-nies fi Queensland se jkunu jistgħu jmutu “b’dinjità.”

Ekonomija

Sport