Quiven qatt ma ħalla l-fatt li hu nieqes mid-dawl jiddefenih. Anzi, ra kif ikabbar it-talenti tiegħu bis-saħħa tal-mużika. Huwa kellu x-xewqa li jiltaqa’ ma’ artist famuż immens li wkoll hu nieqes mid-dawl – Andrea Bocelli. U dik ix-xewqa saret realtà fil-jiem li għaddew.
Dan tħabbar mill-Ministru Owen Bonnici f’kitba fuq Facebook li qal li: “f’dinja dominata minn aħbarijiet negattivi u kunflitti, l-arti u l-kultura huma forza pożittiva, li kapaċi tagħmel differenza għall-aħjar.”