Tuesday, December 24, 2024

QUO VADIS EUROPA

Aqra wkoll

Fil-ġranet li għaddew jew aħjar fit-8 ta’ Ġunju Malta għaddiet minn elezzjoni kemm dik tal-Parlament Ewropew kif ukoll tal-kunsilli lokali. Dawn l-elezzjonjiet kienu ta’ test elettorali kemm għall-Gvern Malti kif ukoll Gvernijiet oħra Ewropej biex jaraw il-poplu x’messaġġ se jibgħat dwar il-ħidma ta’ kull gvern . Dawn l-elezzjonijiet f’Malta jaħbtu bejn wieħed u ieħor f nofs leġiżlazzjoni bhekk il-Gvern Malti jkun jaf iċ-ċittadini Maltin hux jaqblu mal-ħidma tal-gvern jew le. 

Mill-banda l-oħra id-dinja kollha kienet qiegħda tistenna ir-riżultat għall-Parlament Ewropew b’interess partikulari u dan għall-fatt li l-Ewropa bħalissa qiegħda tassisti għal waħda mill-akbar provi tagħha u dan qiegħed nirreferi għall-kunflitt li ilu għaddej mhux ħażin bejn l-Ukrajna u r-Russja u li dan qiegħed jolqot b’mod dirett lill-Ewropa kollha. 

Il-deċiżjonijiet li l-Kumssjoni Ewropa ħadet f’dan il konfront taħt it-tmexxija ta’ Von Der Layen fl-opinjoni tiegħi influwenzaw ftit jew wisq is-sentiment ta’ kif ivvota l-elettorat Ewropew. 

Minkejja li l-Partit li ġejja minnu Von Der Leyen jiġifieri il-lemin ċentrali rebaħ l-aktar voti ta’ siġġijiet u kif jaf kulħadd iċ-ċentru lemin mill-ġdid reġa’ għażel lil Von Der Leyen biex tkompli bit-tmexxija ta l-Unjoni Ewropea. Pero dan naqqas minn ħames snin ilu u ħaduhom il-partiti jew movimenti tal-lemin estrem u dan kien wieħed konsiderevoli tant li il-lemin estrem fil-Parliament Ewropew jista’ jħalli impatt fil-ħidma tiegħu. 

F’moħħi bħalissa qiegħed jiġini ir-rebħa assoluta tal-Partit ta’ Le Pen fuq dak ta’ Macron. Ma’ Le Pen irridu inżidu partit oħra lemini li huma ewroxxetiċi kif wara kollox hi Le Pen jew movimenti Nazzjonalistiċi oħra kif ukol partit oħra li dawn ma jaqblu xejn mal-politika Russofobika ta’ Von Der Layen li mxiet biha tul dawn is-snin tal-kunflitt fl-Ukrajna. 

F’moħħi bħalissa qegħdin jiġuni pajjiżi bħal Ungerija li b mod apert ma tarax għajn b’ghajn ma din it-tip ta’ konfrontazzjoni militari, magħhom. Nista’ inżidu lis-Slovakkja, l-Asstrija , l-Olanda u sa ċertu punt anke l-Italja li dawn jew qegħdin jirrifjutaw din it tip ta’ strateġija inkella qegħdin juru id-dwejjaq tagħhom u dan għall-fatt li s-sanzjonijiet imposti mill-istess Unjoni Ewropea ma ġabu xejn għajr inflazzjoni kif ukoll nuqqas ta kompetittività fuq pajjiżhom.

Ma ninsewx li sa ftit tas snin ilu l-Ewropa kienet timporta 90 fil-mija tal-gass tagħha minn pajjiżi terzi u li 41 fil-mija kien ġej mir-Russja u l-kumplament minn pajjiżi differenti. Illum il-ġurnata dan niżel għal 8 fil-mija u dan wassal għal problem finanzjarji li għadna qegħdin inbatuhom sal- ġurnata ta’ llum. 

Is-sanzjonijiet li l-istess Kummissjoni Ewropea imponiet fuq ir-Russja wasslu biex ċittadini Ewropej bdew iħabbtu wiċċhom ma’ problemi finanzjarji kbar saħanistra kien hemm minn li fix-xitwa lanqas seta’ jsaħħan daru minħabbu ir-rati enormi fl enereħija u  dan barra li tellef il-kompettitività ta setturi li jiddependu min sorsi ta’ enerġija importartata. B’hekk l-Ewropa daħlet fi kriżi ta’ inflazzjoni enormi. 

Tajjeb li wieħed jgħid li xi pajjiżi Ewropej bħal Malta biex jisslavagwardja l-għixien diċenti tan-nies kif ukoll il-kompettività tal-pajjiz ddeċieda li jerfa’ dan il-piż enormi ta’ l-enerġija hu u dawn wassal sabiex il-pajjiż se jibqa’ għaddej bħal qabel però dan il-piż li l-istess gvernijiet qegħdin jerfgħu qiegħed jirriżulta f’dejn pubbliku konsiderevoli li jista’ jaqbeż il-kritejru Ewropew. 

Wieħed biċ-ċar jista’ jgħid li s-sanzjonijiet imposti fuq ir-Russja kienu ta’ falliment u dan għall- fatt li bħal boomerang il-konsegwenzi negattivi tagħhom spiċċaw fuq l-istess ċittadini Ewropej. 

Mill-banda l-oħra l-ekonomija fir-Russja mhux talli ma fallietx talli fit 2024 huwa mistenni li din titla’ bejn 1 u 2 fil-mija tal-PGD. 

Biex l-affarijiet jkomplu aktar jiggravaw il-pajjiżi Ewropej barra li jridu jiffaċċjaw l-inflazzjoni diġa ħarġu bejniethom s’issa $156 biljun  sabiex iżommu fil-wiċċ lill-Ukrajna kif ukoll $36 biljun f’għajnuna militari lill-armata Ukrena.

Peress li trattat ta’ l-UE jipprojbixxi li fondi Ewropej jiffinanzjaw azzjonijiet militari u dan għall-fatt li l-Unjoni Ewropeja ġiet imwaqqfa biex tistabbilixxi l-paċi, l-istess UE rat kif daret ma’ dan biex ġabret €12.1 biljun  mill-fond tal-European Peace Facility sabiex b’hekk setgħet isostni l-armata Ukrena li tinkludi anke dik speċjali Ukrena ta’ l-Azov. 

Taħt l-istess Presidenza ta Von Der Layen nistgħu ngħidu li skattat gwerra fl-Ukrajna mar-Russja permezz ta’ suldati Ukreni u merċenarji b’appoġġ finanzjaru u militari kemm mill-Ewropej u mill-Amerikani. 

Wieħed irid jgħid li l-Ukrajna llum spiċċat il-ħaruf tas-sagriffiċċju fejn eluf ta’ suldati Ukreni li nbgħatu fuq il-front spiċċaw ħallew ħajjithom. Dan qiegħed iwassal għal kriżi serju ta’ rekultaġġ ta’ suldati Ukreni. 

Minkejja l-biljuni enormi li nħarġu kemm mill Ewropej kif ukoll mill-Amerikani l-eżerċitu Ukren llum jinsab f’pożizzjoni żvantaġġjata u llum kemm l-Ewropej kif ukoll l-Amerikani qegħdin jaqbdu jintebħu li din il-gwerra sponsorjata minnhom mhix sostenibbli kemm mill-ħajjiet ta’ nies li qegħdin jintilfu kif ukoll mil-latt ekonomiku. Dan ħareġ jgħidu Donald Trump stess li l-miljuni li l-Amerika qiegħda toħroġ għall-gvern Ukren iridu jieqfu inkella jkunu b’mod sostenibbli. 

L-ossessjoni ta’ l-Unjoni Ewropeja u ta’ Zelenski li r-Russja hija lesta sabiex tinvadi l-Ewropa kollha hekk kif Hitler ipprova jinvadi l-Ewropa bl-istil razzjali tiegħu kull ma tmur qiegħda ssir anqas kredibbli fost iċ-ċittadini Ewropej. 

Mill-banda l-oħra dikjarazzjoni wara l-oħra tar-Russja li lesta li tieqaf mill-operazzjoni militari fl-Ukrajna hekk kif Zelenski jwaqqaf l-atteġġjament ostili tiegħu lejn it-territorju Russu u n-nies tad-Donbass inkluż anke dak ta’ sħubija man-Nato kienet mill-bidu ta l-istess operazzjoni militari u għadu jiġi mtenni sal-ġurnata tal-llum. B’hekk il-pożizzjoni Russa kienet u għadha waħda konsistenti. 

Pero llum il-President Zelensky jidher li qiegħed jiċċaqlaq mill-pożizzjoni riġida tiegħu li taħt l- ebda ċirkostanza ma jinnegozja mar-Russi u jista’ jkun hemm xaqq ta’ tama li s-sitwazzjoni futura tkun waħda pożittiva kif kull minn għandu għal qalbu l-paċi dan jixtiequ. 

Ftehim ta’ paċi inkella diskussjoni sabiex dan il-kunflitt li għadu jħalli għexieren ta’ nies mejta għandu jkun lhinn minn rallies li l-istess Zelensky organizza f’diversi pajjiżi inkluż f’Malta u jidher li dawn il-famużi laqgħat ta’ paci ma’ wasslu għal mkien. Dan għall-fatt li trid tpoġġi mal-mejda tad-diskussjoni mal-partijiet kollha sabiex wieħed jasal għal ftehim kif kulħadd jaf f’dawn il-laqghat hekk imsejha ta’ paċi, ir-Russja qatt ma kienet mistiedna tattendi. B’hekk wieħed mill-gdid jawgura li fil-futur qrib il-pożizzjoni ta’ Zelenski tkun tali li tiftaħ mill-ġdid in-negozjati taż-żewg partijiet involuti. 

Minkejja dan ix-xenarju li qegħdin narawh jevolvi minn ġurnata għal oħra il-Parlament Ewropew b’maġġoranza Lemin ċentrali ħatar Kummissjoni Ewropea ġdida b‘Ursula Von Der Layen b‘terminu mġedded bħala l-President ta’ l-istess Kummissjoni, Il-Prim Ministru ta’ l-Estonia Kaja Kallas bħala il-Viċi President kif ukoll l-eks Prim Ministru tal-Portugal Antonio Costa bħala l-President tal-Kunsill Ewropew. 

L-impressjoni tiegħi għal din il-Presidenza l-ġdida ma tantx tidher li se tkun xi waħda pożittiva fil-ħidma sabiex terġa’ tingħata  mill-ġdid l-istabbilità f’dan ir-reġjun. Ma ninsewx li l-President Von Der Layen minflok ma għażlet l-għodda tad-diplomazija sabiex tissolva l-kriżi tad-Donbass għażlet konfrontazzjoni indiretta fejn l-istess Ukrajna spiċċat il-kamp tal-battalja bejn ir-Russja u l-pajjiżi msieħba tal-Punent bl-Unjoni Ewropea minn ta’ quddiem f’din il-konforntazzjoni. 

Dan l-aġir bejn dawn iż-żewġ fazzjonijiet jiġifieri l-Punent u r-Russa qiegħed ftit ftit jaqsam id-dinja fi tnejn fejn għandek il-pajjiżi tal-punent u pajjiżi li jissimpatizzaw mal-punent fuq naħa u pajjiżi oħra li ma jaqblux ma’ l-atteġġjament tal-punent u qegħdin jassoċċjaw ruħhom ma’ grupp ta’ pajjiżi oħra. F’moħħi qegħdin jiġuni l-pajjizi msieħba fil-BRICS li r-Russja, iċ-Ċina, Brażil u Indja huma l-pajjiżi fundaturi u ma’ dawn qegħdin dejjem jiżdiedu pajjiżi oħra  Illum il-BRICS qiegħed jissaħħaħ u jikber fejn il-pajjiżi msieħba qegħdin jiffurmaw allejanza bejniethom f’diversi oqsma saħansitra anke fl-isport li jkun hemm olimpjadi organizzati għal pajjiżi msieħba fil-BRICS. 

Dan ix-xenarju li ma kienx jeżisti qabel huwa riżultat ta’ meta minflok tuża l-arma tad-diplomazija li nemmen bis-sħiħ li kemm l-Amerikani kif ukoll l-Ewropej għandhom nies kapaċissimi li jagħmlu dan, però minflok qegħdin jużaw l-arma tal-gwerra li kif qegħdin naraw qiegħda ġġib diviżjoni bejn il-pajjiżi tad-dinja. L-idea li d-dinja tkun waħda u kull pajjiż parteċipi qiegħda kull ma tmur titbiegħed u pajjiż qiegħed jassoċja ruħu ma’ naħa jew oħra. 

Lura għall-Presidenza l-ġdida tal-kummissjoni Ewropea li tibda topera minn Lulju il-kariga ta Kaja Kallas bħala Viċi President ma tantx tawgura tajjeb u dan għall-fatt li l-istess Kallas fil-passat ħadet pożizzjoni ostili u xi kultant anke estrema fil-konfront tar-Russja. Miżura estrema ta’ Kallas fl-Estonja kienet li jitneħħew il-monumenti Sovjetiċi kollha li jfakkru lil dawk is-suldati li b’ħajjithom illiberaw il-pajjiżi maħkuma minn Nażiżmu fit-Tieni Gwerra Sinjija. Deċiżjoni estrema bħal din tweġġħa is-sentimenti ta’ familjari li l-antenati tagħhom ġġieldu kontra in-Nażiżmu ta’ Hitler. 

Kallas  anke ħadek deċiżjoni estrema oħra li tkeċċi l-ambaxxatur Russu għall-Estonja fl-2023 fejn llum ir-Relazzjonijiet bejn l-Estronia u r-Russja huma assolutament minimi u ħżiena. 

L-istess Estonia li Kallas kienet Prim Ministru ħeġġet lid-dinja tal-Punent sabiex jibagħtu tankijiet tal-gwerra fl-Ukrajna kif ukoll l-istess Parliament kien ħareġ stqarrija li r-Russja huwa mmexxi min reġim terrorista. 

Dawn id-deċiżjonijiet kif ukoll l-istqarrijiet li ħarġu minn taħt il-Gvern ta’ Kallas żgur ma jawgurawx tajjeb għal futur li xi darba il-partijiet kollha involuti inkluż ir-Russja, il-Kummissjoni l-ġdida Ewropea u l-Ukraina jinġabru madwar mejda biex jaslu għal xi tip ta ftehim. 

Però teżisti stqarrija oħra din id-darba mill-kandidat għal elezzjoni tal-President American Donald Trump fejn dan qiegħed jgħid li għandu pjan sabiex hekk kif ikun President itemm dan il-kunflitt. Wieħed irid jgħid li l-Amerika hija forza mondjali li jekk trid issolvi dan il-kunflitt tista’ tagħmlu faċilment u l-istqarrija ta’ Trump nawgura li ssir reali f’qasir żmien jekk jiġi elett President 

Nawgura, u dan minkejja x-xettiċiżmu tiegħi sabiex il-Kummisjoni Ewropea l-ġdida tinsa l-elementi Russofobiċi tal-passat u taħdem qatiegh sabiex terġa’ tirrenja l-paċi kif ukoll jerġgħu jiġu normalizzati r-relazzjonijiet diplomatiċi li wara kollox nemmen li kemm l-Ewropa kif ukoll ir-Russja għandhom bżonn il-kooperazzjoni ta’ xulxin u dan għall-ġid tal-popli tagħhom. 

Id-Direzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea l-ġdida għandha tkun waħda ta’ diplomazija u mhux ta’ gwerra 

Ekonomija

Sport