Friday, May 3, 2024

Ra immigranti jġorru ċilindru gass fix-xemx… idur lura, jgħabbi ċ-ċilindru u jwassalhom sa djarhom

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fid-dinja mgħaġġla ta’ llum spiss ikollna it-tentazzjoni li naraw xi ħadd li forsi jkollu bżonn l-għajnuna u nibqgħu għaddejjin. Qed nitkellmu fuq xi immigranti li jkunu qegħdin iġorru xirjiet tqal. Dwar immigranti li minħabba li ma jkollhomx trasport, jew it-trasport li jużaw hi r-rota, jispiċċaw jixtru ammont ta’ affarijiet u jkollhom iqandluhom għal distanzi twal. Każ partikolari kien dak ta’ immigrant li kien qed iġorr ċilindru gass fuq dahru fl-eqqel tax-xemx. 

Id-dehra ta’ dak l-immigrant biċ-ċilindru fuq dahru, ġibdet l-għajn ta’ Patrick Zarb, li minkejja li kien xogħol, ma ħasibhiex darbtejn biex waqaf u joffri l-għajnuna lil dan l-immigrant. Dan billi għabba iċ-ċilindru fil-karozza u wasslu sa daru.

Dan is-sit tkellem ma’ Patrick Zarb mill-Isla li wettaq dan l-att. Qalilna li “kont għaddej bix-xogħol tiegħi li hu part time taxi. Dak il-ħin kont bla nies. Kont għaddej mill-Marsa u nara żewġ irġiel  għaddejjin fix-xemx bil-gasg mimli fuq dahar wieħed minnhom. Ngħid id-dritt ħassejt koċċ dwejjaq. Dort u għentu.  Issa jien peress li nagħmel vidjos għat-Tiktok, gĦedtlu jimporta nagħmlu vidjo ta’ għoxrin sekonda għal Tiktok u qalli li mhix problema u għamilnieh”.

Sport