Friday, November 15, 2024

Rabja fost il-Ġermaniżi minħabba dak li tħabbar fuq il-karozzi elettriċi

Aqra wkoll

Il-Ġermaniżi bħalissa jinsabu frustrati u rrabjati, hekk kif il-gvern Ġermaniż iddeċeda ħabta u sabta li se jtemm is-sussidji li ċ-ċittadini Ġermaniżi kienu jingħataw meta jixtru xkarozza elettrika.

Lura għal Novembru, il-Qorti kustituzzjonali tal-pajjiż kienet ħadet din id-deċiżjoni wara li waqqfet il-pjanijiet tal-infiq tal-Gvern. Il-ministru tal-ekonomija tal-pajjiż, Robert Habeck, li l-Ħadd 17 ta’ Diċembru kien l-aħħar jum li x-xerrejja setgħu japplikaw għall-iskema.

Kelliem għall-ministeru f’kumment li ta lill-midja internazzjonali, ammetta li kienet sitwazzjoni sfortunata għall-konsumaturi li kienu qed jittamaw li jieħdu vantaġġ mis-sussidju. Żied jgħid li dan il-pass ttieħed minħabba l-fatt li ma hemmx biżżejjed flus disponibbli.

L-analista Ferdinand Dudenhoeffer miċ-ċentru għar-riċerka tal-karozzi wissa li d-deċiżjoni jista’ jkollha konsegwenzi drammatiċi. F’kumment li ta lill-gazzetta Rheinische Post, qal li issa se ssir ħsara serja fil-kompetittività tal-manifatturi.

L-industrija ewlenija tal-karozzi fil-Ġermanja kienet qed tissielet mat-tranżizzjoni għall-elettromobilità minħabba ekonomija globali dgħajfa u livelli baxxi ta’domanda. Barra minn hekk, din qed tiffaċċja sfida serja minn rivali li ġejjin miċ-Ċina.

Ekonomija

Sport