Saturday, December 21, 2024

Rabja għall-qtil ta’ aktar minn 1,400 denfil fil-Gżejjer Faroe

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-kaċċa tad-dniefel fil-Gżejjer Faroe spiċċat fi skrutinju wara li aktar minn 1,400 mammiferu spiċċaw maqtulin f’dik li qiegħda tkun maħsuba li kienet qabda rekord.

Dawn id-dniefel ġew mġiegħla jidħlu fil-bajja ta’ Eysturoy mis-sajjieda stess fejn imbagħad seħħ il-massakru bis-skieken. F’xena ta’ baħar ħamrani, is-sajjieda mbagħad bigħu l-laħam lill-konsumaturi li attendew fil-post. Huwa mifhum li kien hemm mijiet ta’ persuni li attendew għal din l-attività.

Fil-Gżejjer Faroe din l-attività hija magħrufa bħala Grindadrap u fiha s-sajjieda jikkaċċjaw mammiferi tal-baħar, primarjament baleni. Din it-tradizzjoni ilha tiġi prattikata fil-post sa minn mijiet ta’ snin ilu.

Skont stqarrija maħruġa mill-gvern tal-pajjiż ntqal li medja ta’ 600 balena jinqabdu kull sena. Normalment dawn id-dniefel jinqabdu f’ammonti ferm iżgħar. Fl-2019 nqabdu biss 10 filwaqt li fl-2020 nqabdu 35 denfil.

Skont is-sajjieda din l-attività hija mod sostenibbli ta’ kif jinġabar l-ikel u qisuha bħala parti importanti mill-identità kulturali. Min-naħa l-oħra l-attivisti tal-annimali ma qablux u sostnew li dan il-massakru huwa krudili u bla bżonn.

Ekonomija

Sport