Sunday, November 3, 2024

Rabja hekk kif it-Turkija twaqqaf il-proċess quddiem il-qorti dwar il-qtil tal-ġurnalist Khashoggi

Aqra wkoll

Il-proċess quddiem il-qorti tat-Turkija fil-konfront tas-26 ċittadin tal-Arabja Sawdija, li allegatament kienu involuti fil-qtil tal-ġurnalist Jamal Khashoggi f’Istanbul fl-2018, ġie mwaqqaf.

L-imħallef qal li l-każ issa se jgħaddi f’idejn l-awtoritajiet tal-Arabja Sawdija, hekk kif tal-aħħar qed jirrifjutaw li jestradixxu lis-suspettati. Din l-aħbar xejn ma niżlet tajjeb ma’ dawk li qed ifittxu ġustizzja għall-qtil tal-ġurnalist u s-sieħba tiegħu Hatice Cengiz qalet li l-ġlieda mhix se tieqaf hawn. 

Khashoggi, ġurnalist ta’ The Washington Post, kien ġie maqtul fil-konsolat tal-Arabja Sawdita ġewwa t-Turkija wara li kien ġie msejjaħ biex jiġbor xi dokumenti ħalli jkun jista’ jiżżewweġ lis-sieħba tiegħu. Allegatament hekk kif daħal fl-ambaxxata aġenti Sawdi qatluh u ħelsu mill-katavru. 

Ir-ruling tal-Imħallef Tork sar wara li hu aċċetta t-talba tal-prosekuzzjoni biex il-ġuri jitwaqqaf minħabba li dan qiegħed jiġi mxekkel kaw­ża tan-nuqqas tal-preżenza tal-ak­kużati. Il-prosekuzzjo­ni qalet li l-awtoritajiet ġu­dizzjarji Sawdi wiegħdu li se jkunu qed jevalwaw bir-reqqa l-akkużi fil-konfront ta’ dawn il-persuni. 

Din id-deċiżjoni kienet ikkritikata bil-bosta minn għadd ta’ attivisti li jitkellmu favur id-drittijiet umani. Amnesty International qalet li “din hi deċiżjoni terribbli u evidentament motivata politikament.”

Sport