Tuesday, January 27, 2026

Rabja kbira minn residenti ta’ Minneapolis wara li nqatel Pretti

Aqra wkoll

Fost ir-residenti ta’ Minneapolis fl-Istati Uniti hemm rabja kbira wara li nhar is-Sibt li għadda nqatel Alex Pretti, infermier ta’ 37 sena. Hu kien jaħdem fi sptar fid-dipartmenti tal-Kura Intensiva.

Pretti, li hu ċittadin tal-Istati Uniti, kien qrib post fejn kien qed isir protesta kontra l-operazzjonijiet tal-immigrazzjoni f’Minneapolis meta nġabru numru ta’ uffiċjali federali fuq il-post. 

Rapporti fil-midja internazzjonali qalu li Pretti kien qed jirrekordja l-aġenti u pprova jgħin persuni oħrajn li sfaw vittma tal-istess uffiċjali tal-ICE.

Minkejja li kull filmati juru li Pretti ma kienx armat fil-ħin tal-każ, uffiċjali għoljin tal-Pulizija tal-Immigrazzjoni qalu li l-uffiċjal li spara lejh kien kostrett iwettaq dan minħabba ‘self defense’.

Il-qtil ta’ Pretti huwa t-tieni każ li seħħ fl-istess belt f’inqas minn xahar fejn uffiċjali federali sparaw u qatlu ċittadin Amerikan fil-kuntest ta’ operazzjonijiet tal-immigrazzjoni, wara li Renee Nicole Good ġiet maqtula wkoll minn aġent tal-ICE f’Minneapolis ftit ġranet qabel.

Ħafna residenti u attivisti, inkluż nies li kienu qed immexxu protesti kontra ICE, esprimew rabja u diżappunt kbir dwar l-użu tal-forza mill-aġenti federali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport