Sunday, December 22, 2024

Rabja wara li żewġ passiġġieri sakkru tarbija fit-toilet tal-ajruplan

Aqra wkoll

Inċident li ra żewġ nisa jsakkru tarbija ta’ sena fit-toilet tal-ajruplan għax kienet qed jibki qanqal dibattitu kbir online fiċ-Ċina dwar kif għandhom ikunu mmaniġġjati t-tfal f’postijiet pubbliċi.

L-inċident sar virali fuq l-internet Ċniż wara li waħda miż-żewġ nisa involuti, poġġiet filmat tagħha nfisha ġġorr lit-tarbija tifla lejn it-toilet. F’dak li kibet fuq il-midja soċjali Ċniża, hija ppreżentat lilha nnifisha bħala li ppruvat tgħin lill-passiġġieri l-oħra abbord u teħlishom mill-biki tat-tifla.

L-inċident seħħ fl-24 ta’ Awwissu abbord titjira ta’ Juneyao Airlines mill-belt ta’ Guiyang fil-Lbiċ għal Shanghai. It-tarbija, li kienet qed tivvjaġġa ma’ nannitha, bdiet tibki waqt it-titjira.

Il-linja tal-ajru qalet fi stqarrija jumejn wara l-inċident li n-nanna tat-tifla, li kienet qed tivvjaġġa magħha, tat permess u qablet li tħalli żewġ nisa jieħdu lit-tifla fit-toilet.

Filmat imtella’ Gou Tingting, waħda miż-żewġ nisa, fuq il-midja soċjali Ċniża allegatament wera lill-mara l-oħra tgħid lit-tifla li tħalliha toħroġ mit-toilet biss jekk tieqaf tibki.

Ftit wara li Gou poġġiet il-filmat fuq l-internet, ir-rispons tan-nies kien mgħaġġel, b’ħafna minnhom jikkritikawha talli ma kellhiex empatija u għamlitha ta’ bully mat-tifla.

Ħafna kienu dawk li kkummentaw li t-tfal żgħar ma jistgħux jikkontrollaw l-emozzjonijiet tagħhom meta jkollhom sena jew sentejn. Utent li kiteb fuq Weibo esprima tħassib dwar l-impatt psikoloġiku li dan l-inċident jista’ jkollu fuq it-tifla, u qal hemm bżonn studju dwar kif spazji pubbliċi jistgħu jaċċettaw u jakkomodaw aħjar tfal żgħar.

Iżda kien hemm min iddefenda liż-żewġ nisa, u qal li l-azzjonijiet tagħhom kienu ġustifikati peress li n-nanna tat-tifla kienet tat il-kunsens tagħha.

Madankollu, tqanqal dibattitu dejjem jikber dwar kif għandhom ikunu mmaniġġjati dawk li ċ-Ċina tiddeskrivihom bħala “tfal ta’ l-ors”, tfal żgħar imfissdin li joħolqu storbju fi spazji pubbliċi billi jgħajtu jew jagħmlu.

Xi ferroviji pubbliċi fiċ-Ċina bdew joperaw kompartimenti separati għat-tfal. Iżda hemm fehmiet imħallta dwar dan f’xi pajjiżi oħra fid-dinja. Il-Korea t’Isfel, pereżempju, iddisinjat mijiet ta’ żoni ħielsa mit-tfal f’ristoranti, mużewijiet u teatri.

Iżda l-leġiżlaturi talbu lill-gvern biex iżarma dawn iż-żoni u jenfasizza aktar fuq il-ħolqien ta’ soċġdida li taċċetta aktar lit-tfal, speċjalment meta l-pajjiż qed jiġġieled ma rata baxxa tat-twelid.

Ekonomija

Sport