Aħbarijiet xejn sbieħ għal AC Milan hekk kif fi tmiem din il-ġimgħa tilfu s-servizzi tal-plejer ta’ nofs il-ground tagħhom Rade Krunic li ħass uġigħ f’saqajh. Il-player Bosnjak li jilbes il-flokk numru 33 ma’ AC Milan kien qed ikun fundamentali fl-ewwel partiti tal-istaġun tar-Rossoneri bejn logħbiet ta’ ħbiberija u l-bidu tal-istaġun.
Krunic mistenni jdum barra għal madwar xahar u se jitlef bosta partiti minħabba l-kalendarju ferm impenjattiv fil-football domestiku u internazzjonali.