Friday, November 15, 2024

Rafael Leao jrid jitlaq lil Milan

Aqra wkoll

Minbarra li Milan jinsabu fi kriżi ta’ riżultati hekk kif ilhom ma jirbħu għal dawn l-aħħar sitt partiti, huwa jinsabu wkoll fi kriżi ta’ kuntratti meta sar magħruf li l-attakkant internazzjonali Portugiż, Rafael Leao, sostna li mhux se jġedded il-kuntratt tiegħu. 

Dan ifisser li r-Rossoneri ma għandhomx alternattiva oħra ħlief li jinnegozjaw it-trasferiment tiegħu matul is-sajf li ġej minħabba li l-kuntratt eżistenti jintemm f’Ġunju 2024. U meta jkun fadallu sena …. huwa jista’ jieħu r-riskju biex ikun player liberu u jinnegozja l-kuntratt tiegħu stess. 

F’dawn l-aħħar ġimgħat in-negozjati kienu għaddejin bejn iż-żewġ partijiet b’pass kemmxejn kajman iżda kien jidher li kien se jintlaħaq xi forma ta’ kompromess biex il-player ta’ 23 sena jibqa’ jilgħab f’San Siro. 

Peró jidher li dan sfaxxa kollox hekk kif il-Milanisti għaddejjin minn kriżi kbira, bit-telfa f’darhom ta’ 5-2 kontra Sassuolo kienet l-ixprun ewlieni li Leao iħares lejn destinazzjoni oħra. 

Il-clubs il-kbar madwar l-Ewropa kollha jixtiequ l-firma tiegħu. 

Ekonomija

Sport