Sunday, November 24, 2024

Rafael Leao se jilbes il-flokk numru 10 ma’ AC Milan

Aqra wkoll

Minn Leao 17 għal Leao 10. L-attakkant internazzjonali Portugiż Rafael Leao se jkun qed jilbes il-flokk numru 10 ta’ AC Milan. Dan in-numru hu ferm għal qalb il-plejer ta’ 24 sena hekk kif sostna li kienu ħafna l-plejers passati tal-klabb li libsu dan il-flokk tant prestiġġjuż. 

Minkejja kollox, Leao qal li importanti li l-partitarji tal-klabb ma jipparagunawhx ma’ Ruud Gullit li libes dan il-flokk lura fis-snin 80.

Rafael Leao ilu ma’ AC Milan sa mis-sena 2019 fejn lagħab 130 partita u skorja 38 gowl.

Sport