Sunday, October 27, 2024

Rafael Nadal … fatti fuq it-tennista Spanjol li kiteb l-istorja

Aqra wkoll

Il-finali tal-irġiel u tan-nisa tal-Australian Open li saru f’Melbourne Park fi tmiem il-ġimgħa, ipproduċew marki tal-istorja meta Rafael Nadal sar il-player li l-iktar rebaħ titli tal-Grand Slam waqt li Ashley Barty tat l-ewwel titlu lill-Awstralja fiż-żewġ kategoriji wara stennija ta’ 44 sena.

Nadal ittrijonfa meta għeleb lil Daniil Medvedev 2-6 6-7 (5-7) 6-4 6-4 7-5 wara rimonta straordinarja meta kien żewġ sets minn taħt u fix-xifer li jispiċċa tellief.

– Etá: 35

– Pajjiż: Spanja

– ATP ranking: 5

– Issidjat: 6

– Titli tal-Grand Slam (21): Australian Open (2009, 2022); French Open (2005, 2006, 2007, 2008, 2010, 2011, 2012, 2013, 2014, 2017, 2018, 2019, 2020); Wimbledon (2008, 2010); US Open (2010, 2013, 2017, 2019)

Titli tal-ATP: 89

Wirja fl-Australian Open 2021: kwarti-finali.

IT-TRIQ GĦALL-FINALI:

L-ewwel round: Marcos Giron (US) 6-1 6-4 6-2

It-tieni round: Yannick Hanfmann (Ġermanja) 6-2 6-3 6-4

It-tielet round: 28-Karen Khachanov (Russja) 6-3 6-2 3-6 6-1

Ir-raba’ round: Adrian Mannarino (Franza) 7-6(14) 6-2 6-2

Kwarti-finali: 14-Denis Shapovalov (Ka­nada) 6-3 6-4 4-6 3-6 6-3

Semi-finali: 7-Matteo Berrettini (Italja) 6-3 6-2 3-6 6-3

ĦAJTU FIL-BIDU

*Imwieled f’Manacor, Spanja, minn Sebastian Nadal u Ana Maria Parera.

*Zijuh Miguel Angel Nadal huwa eks player tal-football li rrappreżenta lil Barcelona, RCD Mallorca u lit-team nazzjonali ta’ Spanja.

*Introdott fit-tennis minn ziju ieħor, Toni, li ħeġġeġ lin-neputi tiegħu naturalment lemini biex jilgħab bix-xellug għax kien jagħtih vantaġġ.

*Sar professjonali fl-2001 u rebaħ it-Tazza Davis taż-żgħar ma’ Spanja fl-2002. Rebaħ il-player ġdid tas-sena tal-ATP fl-2003.

KARRIERA SAL-LUM

*Rebaħ l-ewwel titlu ATP tas-singles fil-Polonja fl-2004.

*In-numru tnejn tad-dinja għeleb lil Andy Roddick biex jiggwida lil Spanja għat-titlu tat-Tazza Davis fl-2004. Huwa reġa’ rebaħ it-tournament fl-2008, 2009, 2011 u 2019.

*Rebaħ il-French Open fid-debutt tiegħu fl-2005 u sena wara għeleb lil Roger Federer fil-finali.

*Fl-2007, sar l-ewwel player minn Bjorn Borg fl-1980 li rebaħ hat-trick ta’ titli f’Roland Garros.

*Rebaħ l-ewwel titlu tiegħu ta’ Wimbledon fl-2008 b’rebħa ta’ ħames sets fuq Federer, partita msejħa bħala “l-akbar waħda tat-tennis fl-istorja”.

*Rebaħ midalja tad-deheb fl-Olimpjadi ta’ Beijing 2008 għal Spanja fis-singles. Kiseb id-deheb fid-doubles ma’ Marc Lopez fil-Logħob ta’ Rio 2016.

*Sofra l-ewwel telfa fil-French Open fl-2009 kontra l-Isvezdiż, Robin Soderling, fir-raba’ round.

*Reġa’ kiseb it-titlu s-sena ta’ wara, meta għeleb lil Soderling fil-finali. Huwa rebaħ ukoll Wimbledon għat-tieni darba fl-2010 qabel ma kiseb l-ewwel titlu tiegħu tal-US Open, u sar is-seba’ player li rebaħ l-erba’ Grand Slams.

*Laħaq ir-rekord ta’ Borg ta’ sitt titli tal-French Open mar-rebħa tiegħu fl-2011 u qabeż lill-Isvediż fl-2012.

*Sar l-ewwel player bi tmien titli fl-istess Grand Slam meta għeleb lil sieħbu l-Ispanjol David Ferrer fil-finali tal-2013 f’Roland Garros. F’dik is-sena huwa rebaħ ukoll il-U.S. Open.

*Sar l-ewwel player li rebaħ ħames titli konsekuttivi tal-French Open fl-2014.

*Rebaħ it-tieni Grand Slam tiegħu tal-2017 fi Flushing Meadows wara l-10 titlu tal-French Open f’Ġunju.

*Rebaħ il-11-il titlu tal-French Open u s-17-il wieħed maġġuri tiegħu bir-rebħa fuq Dominic Thiem fl-2018.

*Reġa’ għeleb lil Thiem fil-finali tal-2019 biex issiġilla t-12-il titlu tiegħu f’Roland Garros. Huwa rebaħ ukoll ir-raba’ titlu tal-US Open billi għeleb lir-Russu, Daniil Medvedev, fil-finali.

*Laħaq ir-rekord ta’ Federer ta’ 20 titlu tal-Grand Slam billi għeleb lil Djokovic fil-finali tal-French Open fl-2020.

*Kiseb l-1,000 rebħa tiegħu fuq l-ATP Tour fil-Masters ta’ Pariġi tal-2020, u sar ir-raba’ player fl-era professjonali li kiseb din il-marka.

*Sofra biss it-tielet telfa tiegħu f’Roland Garros fl-2021 meta ġie megħlub minn Djokovic fis-semi-finali.

*Falla ħafna mill-istaġun 2021, inklużi Wimbledon, l-Olimpjadi u l-US Open, minħabba korriment fit-tul f’siequ.

*Għeleb lil Medvedev fil-finali tal-Australian Open tal-2022 biex rebaħ rekord ta’ 21 titlu tal-Grand Slam tal-irġiel.

Sport