Saturday, December 21, 2024

Rafael Nadal jittestja pożittiv għall-coronavirus

Aqra wkoll

Rafael Nadal irriżulta pożittiv għal Covid-19 fi żvilupp li jista’ jitfa’ aktar dubju fuq il-parteċipazzjoni tiegħu fl-Australian Open tax-xahar id-dieħel.

Iċ-champion 20 darba tal-Grand Slam irritorna għall-azzjoni l-ġimgħa li għaddiet wara aktar minn erba’ xhur barra bi problema f’siequ, fejn sofra telfiet kontra Andy Murray u Denis Shapovalov nhar il-Ġimgħa u s-Sibt f’avveniment ta’ esibiz­zjoni f’Abu Dhabi.

Fuq il-midja soċjali huwa kiteb: “Xtaqt inħabbrilkom li meta mort lura d-dar wara li kkontestajt it-tournament ta’ Abu Dhabi, ġejt ittestjajt pożittiv għal Covid-19 fit-test PCR li sar fuqi malli wasalt fi Spanja. Kemm fil-Kuwajt kif ukoll f’Abu Dhabi għaddejna minn kontrolli kull jumejn u kollha ġew lura fin-negattiv, l-aħħar kien il-Ġimgħa u kelli r-riżultati s-Sibt.”

BENCIC U JABEUR JITTESTJAW POŻITTIVI F”ABU DHABI

It-tennisti Belinda Bencic tal-Isvizzera u Ons Jabeur tat-Tuneżija, it-tnejn ittestjaw pożittiv wara li lagħbu fit-tournament ta’ Abu Dhabi.

Huma t-tielet u r-raba’ players li rritornaw testijiet pożittivi wara li vvjaġġaw biex jieħdu sehem fil-Mubala World Tennis Championship.

Il-Britannika Emma Raducanu, irtirat qabel ma beda t-tournament bħala pre­kaw­zjoni.

Fuq Twitter Bencic kitbet: “Sfortunament u anke minkejja li jiena vaċċinata b’kollox, riċentament ittestjajt pożittiv għal Covid-19.”

Jabeur, li qed tiżola ruħha f’pajjiżha, qalet li kienet qed tesperjenzja “sintomi qawwija”.

Ekonomija

Sport