Rafael Nadal se jdum barra mil-logħob għal bejn erba’ u sitt ġimgħat bi ksur tal-istress fil-kustilja.
L-injury seħħet nhar is-Sibt waqt ir-rebħa tal-Ispanjol kontra l-kompatrijott tiegħu, Carlos Alcaraz, fis-semi-finali ta’ Indian Wells.
Iċ-champion 21 darba tal-Grand Slam kellu problemi biex jieħu n-nifs u qal li kien stordut hekk kif tilef il-finali kontra Taylor Fritz.
Nadal, 35 sena, mistenni jitlef iż-żewġ avvenimenti tax-xahar id-dieħel fuq courts tat-tafal f’Monte Carlo u Barċellona, filwaqt li l-French Open se jibda f’Pariġi fit-22 ta’ Mejju.
F’messaġġ fuq il-midja soċjali, huwa qal li meta rritorna Spanja “mar mill-ewwel iżur lit-team mediku tiegħi biex jagħmel it-testijiet wara li lgħabt bi skumdità fil-finali”.
Nadal kien il-player fil-forma fid-dinja din is-sena, immarkat mir-rebħa tiegħu fl-Australian Open meta għeleb lil Daniil Medvedev f’finali epika.
It-telfa kontra Fritz f’Kalifornja kienet l- ewwel telfa tiegħu tas-sena, u ġabet fi tmiemha sensiela rebbieħa ta’ 20 logħba.