Sunday, October 27, 2024

Raġel iweġġa’ gravi wara li żelaq minn fuq trakk f’Ħ’Attard 

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-8:00 a.m. kien involut f’inċident waqt li kien qiegħed jaħdem f’maħżen fi Triq l-Idwart, Ħ’Attard.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li r-raġel ta’ 32 sena, kien qiegħed iħott xi affarijiet minn fuq trakk, żelaq u waqa’ minn fuqu.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lir-raġel sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Sport