Monday, September 30, 2024

Raġel akkużat li daħħal f’Malta 20 kilo ħaxixa tal-kannabis

Aqra wkoll

Shahrul Idzwan Bin Mohd Ali ta’ 31 sena mill-malasja tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Marse-Ann Farugia fejn ġie akkużat li daħħal f’Malta 20 kilo ħaxixa tal-kannabis.

Hu kien arrestat is-Sibt waranofsinhar hekk kif wasal fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fuq titjira minn Dubaj.

Uffiċjali tad-Dwana fetħu l-bagalji ta’ Ali fejn fihominstabu l-20 kilo ħaxixa tal-kannabis. Lill-Pulizija qalilhom li kien ingħata €2,000 biex jittraffika dawk li mingħalih kienu sustanzi Ċiniżi.

Waqt li kien mitkellem mill-pulizija, qal li kien qiegħed jikkomunika ma’ persuna oħra u kien qallu li kienu se jiċċekkjawh tad-Dwana. Hu qal li din il-persuna qaltlu biex jaħrab mill-uffiċjali tad-Dwana iżda hu ma għamilx hekk.

L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi kontrih, filwaqt li l-Qorti ordnat li jibqa’ jinżamm arrestat u ġew iffiriżati kollha tiegħu.

Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur Jonathan Pace waqt li l-Avukat Mark Busuttil qed jiddefendi lill-akkużat.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport