Saturday, March 1, 2025

Raġel akkużat li ffroda lill-ħaddiema b’wegħda ta’ permessi tax-xogħol

Aqra wkoll

Kenneth Portelli ta’ 43 sena wieġeb mhux ħati ta’ falsifikazzjoni u frodi wara li ġie akkużat mill-Ispettur Karl Roberts li ffroda diversi ħaddiema mhux ċittadini tal-Unjoni Ewropea.

Allegatament Portelli kien iwiegħed lil dawn il-ħaddiema u anke jassigurhom li se jkollhom impjieg f’Malta u anke jiksbu permess ta’ xogħol f’pajjiżna.

Hu kien akkużat li wettaq diversi frodi fuq diversi Indjani, li ffalsifika diversi firem ta’ min iħaddem fuq applikazzjonijiet li għandhom jiġu sottomessi lill-Aġenzija Identità

Skont il-Prosekuzzjoni, Portelli kien jifforma parti minn grupp ta’ persuni li jiffrodaw lin-nies li jkunu jridu jiġu jaħdmu f’Malta, iżda jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport