Indjan ta’ 33 sena wieġeb mhux ħati li f’Jum San Valentinu qabad sider tfajla Brażiljani li qiegħda f’Malta biex tistudja l-Ingliż.
Fil-Qorti l-allegat vittma qalet li kienet tilfet il-mobile waqt li kienet qiegħda tistenna tal-linja f’San Ġiljan. Wara li ntebħet li tilfet il-mobile, it-tfajla daħlet għall-għajnuna f’ħanut f’San Ġiljan stess.
Hemmhekk, skont ix-xhud, kien hemm raġel li missilha sidirha. Xehdet li xħin ġara hekk, ħassitha skomda u telqet tiġri ‘l barra mill-ħanut.
Il-Qorti ordnat biex ir-raġel jibqa’ jinżamm taħt arrest preventiv.