Raġel Palestinjan ta’ 39 sena residenti Tas-Sliema ġie arrestat mill-Pulizija mit-Taqsima tal-Immigrazzjoni b’rabta ma’ bejgħ ta’ dokumenti foloz.
Ir-raġel ġie arrestat ilbieraħ wara ġimgħat ta’ investigazzjonijiet u osservazzjoni fir-rigward tar-raġel rigward il-bejgħ ta’ passaporti u permessi ta’ residenti foloz biex nies jidħlu jew joħorġu minn Malta.
Minn tfittxija fuqu nstabu ammont ta’ flus kontanti.
Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti aktar tard illum għall-ħabta ta’ nofsinhar quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea b’akkużi relatati ma’ dan il-każ.