Investigazzjonijiet b’rabta ma’ ħruq ta’ vetturi f’Wied il-Għajn wasslu għall-arrest ta’ raġel ta’ 35 sena li allegatament huwa nvolut fil-każ.
Il-każ seħħ nhar il-5 ta’ Marzu li għadda, meta għall-ħabta tat-3:15 a.m., il-Pulizija, flimkien mal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, intalbu jassistu fi Triq il-Gardiel.
Hemmhekk, instabu żewġ vetturi li kienu pparkjati maħkumin min-nirien. Wara li n-nirien ġew ikkontrollati, minnufih bdew l-investigazzjonijiet tal-Pulizija, waqt li ġie infurmat il-Maġistrat Ian Farrugia LL.D.
Dawn l-investigazzjonijiet wasslu biex ġiet identifikata l-persuna li allegatament ħaraq il-vetturi, u ġie arrestati minn Birkirkara.
Huwa mistenni jitressaq il-Qorti llum, għall-ħabta tas-2:30 p.m., quddiem il-Maġistrat Dr Charmaine Galea LL.D.