Thursday, May 1, 2025

Raġel arrestat b’rabta ma’ sejba ta’ 35kg kokaina b’valur ta’ €2 miljuni

Aqra wkoll

Hekk kif il-Pulizija Maltija tibqa’ impenjata li tikkumbatti l-kriminalità organizzata f’pajjiżna, flaħħar sigħat wettqet operazzjoni b’suċċess fil-Port Ħieles ta’ Malta li wasslet għall-arrest ta’ raġel ta’ 37 sena residenti x-Xgħajra. 

Waqt sorveljanza li l-Pulizija Maltija kienet qiegħda tagħmel fil-Port Ħieles b’assistenza milluffiċjali tas-sigurtà tal-istess Port, ilbieraħ għall-ħabta tas-5:45 a.m.,  twaqqfet vettura li kienet ħierġa mill-Port Ħieles, bħala parti minn investigazzjonijiet b’rabta ma’ importazzjoni tad-droga f’pajjiżna. 

Wara spezzjoni li saret fil-vettura tar-raġel, instabu 7 kilogrammi droga suspettata kokaina. Aktar tfittxijiet li saru fl-istess Port wasslu għas-sejba ta’ 28 kilogrammi oħra ta’ droga, ukoll maħsuba kokaina b’valur totali fit-triq ta’ madwar €2 miljuni. 

Din id-droga allegatament inħarġet mill-kontejner li waslet fih mir-raġel arrestat, li jaħdem ilport stess, u ġiet moħbija minnu sabiex tinħareġ ftit ftit. B’rabta ma’ dan il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat Dr Ian Farrugia LL.D u linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti illum għall-ħabta tal-11:30 a.m quddiem il-Maġistrat Dr. Astrid May Grima LL.D.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport