Monday, December 23, 2024

Raġel arrestat b’rabta ma’ serq minn diversi vending machines

Aqra wkoll

Il-Pulizija tal-Għassa tal-Belt Valletta lbieraħ arrestat raġel ta’ 45 sena residenti Tal-Pietà b’rabta ma’ serq minn diversi vending machines.

Kienu għall-ħabta tas-2.30a.m., xħin il-Pulizija, waqt li kienu ronda fi Triq l-Assedju l-Kbir il-Furjana, innutat raġel ħdejn vending machine ta’ pompa tal-petrol jixbah suspettat li kien wettaq serq mill-istess magni.

Il-Pulizija bdiet mixja lejh iżda xħin lemaħ il-pulizija, ir-raġel beda mixi biex jitlaq minn fuq il-post. Il-Pulizija segwietu u tatu ordni biex jieqaf, imma minflok ir-raġel telaq jiġri sabiex jaħrab. Huwa ġie arrestat ftit tal-mumenti wara u minn tfittxija li saret, irriżulta li r-raġel kien fil-pussess t’oġġetti relatati ma’ serq.

Wara l-arrest, il-Pulizija għamlet tfittxija fir-residenza tiegħu fejn instabu ukoll ħwejjeġ li deher liebes is-suspettat fil-filmati tas-sigurtà f’serq preċedenti.

Huwa mistenni jitressaq il-Qorti dalgħodu quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Ian Farrugia.

Ekonomija

Sport