Sunday, December 22, 2024

Raġel arrestat b’rabta ma’ serq minn residenzi fis-Sannat 

Aqra wkoll

Il-pulizija arrestat raġel ta’ 40 sena mis-Serbja, li jgħix is-Sannat wara li fl-aħħar ġimgħat saru rapporti b’rabta ma’ tliet serqiet minn ġo residenzi fl-istess lokalità.

F’dawn il-każijiet insterqu affarijiet personali, flus kontanti, ġojjellerija, kif ukoll xi apparat eletroniku. 

Minnufih il-Pulizija bdew bl-investigazzjonijiet u wara ftit ġranet ġie identifikat l-allegat ħalliel u kien arrestat minn residenza fis-Sannat stess. Fi tfittxijiet li saru fl-istess residenza, instabu xi oġġetti li kienu nsterqu. 

Ir-raġel mistenni jitressaq taħt arrest fil-Qorti t’Għawdex, illum, għall-ħabta tas-6:00 p.m quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Brigitte Sultana.

Ekonomija

Sport