Investigazzjonijiet intensivi mill-pulizija rigward rapporti relatati ma’ serq ta’ tliet muturi, wasslu għall-arrest ta’ raġel ta’ 56 sena residenti Bormla li allegatament wettaq dawn is-serqiet.
Il-ġimgħa l-oħra, il-pulizija rċeviet rapporti ta’ tliet muturi misruqin fl-istess ġurnata, fejn żewġ muturi ġew misruqa mill-Pietà, filwaqt li mutur ieħor ġie misruq minn Ħaż-Żabbar.
Il-muturi nstabu ftit tal-ġranet wara ġewwa Bormla, fejn l-investigazzjonijiet tal-pulizija wasslu wkoll biex jiġi identifikat is-suspettat ħalliel, li sussegwentement ġie arrestat ilbieraħ.
Huwa se jitressaq il-Qorti illum għall-ħabta tal-10.30am quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Lara Lanfranco LL.D.