Raġel ta’ 35 sena qed jinżamm arrestat fil-lockup tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Furjana, wara li allegatament ilbieraħ filgħodu seraq kaxxa tad-donazzjonijiet minn ħanut fil-Belt Valletta.
Il-Pulizija ġew infurmati bil-każ ilbieraħ, għall-ħabta tas-1:30 p.m. Minnufih bdew l-investigazzjonijiet tagħhom, fejn immedjatament bdew bit-tfittxijiet għall-allegat ħalliel li ġie arrestat ftit sigħat wara, għall-ħabta tat-8:00 p.m.
Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti llum, għall-ħabta ta’ nofsinhar, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Victor Axiak.