Wednesday, December 10, 2025

Raġel arrestat b’rabta ma’ serqa minn ħanut tal-merċa

Aqra wkoll

Investigazzjonijiet b’rabta ma’ serqa li saret minn ħanut tal-merċa wasslu biex ilbieraħ filgħodu, l-allegat suspettat, raġel ta’ 29 sena mill-Ghana, ġie arrestat.

Il-każ seħħ fid-29 ta’ Novembru li għadda, meta għall-ħabta tad-9.30pm ħalliel, allegatament armat b’sikkina, daħal f’ħanut li jinsab fi Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera u talab l-flus lill-kaxxiera, mara ta’ 35 sena min-Nepal. Il-mara ippruvat taħrab però ir- raġel żammha. Huwa ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.

Tim mediku assista lill-mara li ttieħdet permezz t’ambulanza l-Isptar Mater Dei għal osservazzjoni, fejn ġiet iċċertifikata li weġġgħet ħafif.

Investigazzjonijiet intensivi wasslu biex fl-aħħar sigħat il-Pulizija identifikat u arrestat lis- suspettat fl-Imġarr. 

Huwa mistenni jitressaq il-Qorti llum, għall-ħabta ta’ nofsinhar, quddiem il-Maġistrat Dr Astrid May Grima LL.D.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport