Sorveljanza f’Paceville b’rabta ma’ traffikar tad-droga wasslet għall-arrest ta’ Kolombjan ta’ 31 sena hekk kif instab fil-pussess ta’ diversi tipi ta’ droga.
Waqt rondi fi Triq il-Wilġa, il-Pulizija nnutaw raġel isuq mutur u jaġixxi b’mod suspettuż. Huwa twaqqaf, saret tfittxija u f’baskett moħbi taħt is-seat tal-mutur instabu 14-il qartas droga suspettata kokaina, 4 qratas suspettati MDMA, 7 pilloli suspettati ecstasy u qartas bi droga suspettata LSD.
Il-Kolombjan qiegħed jinżamm arrestat u mistenni jitressaq il-Qorti llum, għall-ħabta tas-1.00pm, quddiem il-Maġistrat Dr Giannella Camilleri Busuttil LL.D.

