Saturday, December 21, 2024

Raġel arrestat b’rabta ma’ vjolenza fuq pulizija

Aqra wkoll

Tliet pulizija sofrew ġrieħi wara li allegatament ħebb għalihom raġel waqt il-qadi ta’  dmirijiethom. Il-każ seħħ aktar kmieni llum, għall-ħabta ta’ nofsillejl2, wara li l-Pulizija  rċeviet rapport li kien hemm argument f’Misraħ is-Sliem, Ħaż-Żabbar. 

Tliet Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn irriżulta li kien hemn żewgt irġiel  jargumentaw u kien għalhekk li ntervjenew mill-ewwel sabiex iferrquhom. F’dan il-mument  wieħed mill-persuni, raġel ta’ 48 sena u residenti Marsaskala, ħebb għall-pulizija. Wara li kien  immanetjat, kompla jkun aggressiv u jobżqilhom.  

Żewġ persuni oħra, raġel ta’ 22 sena, ukoll residenti Marsaskala flimkien ma’ mara li l-identità  tagħha għadha mhux magħrufa bdew jippruvaw iwaqqfu lil-pulizija milli jagħmlu l-arrest,  jinsultawhom u jhedduhom.  

Ir-raġel ta’ 48 sena ġie arrestat u aktar tard meħud il-lockup fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija,  il-Furjana. 

Il-pulizija ngħataw l-għajnuna medika f’Ċentru tas-Saħħa u ġew iċċertifikati bi ġrieħi ħfief.  L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.

Ekonomija

Sport