Friday, March 27, 2026

Raġel arrestat b’rabta mat-traffikar tad-droga fil-Ħamrun

Aqra wkoll

Ilbieraħ għall-ħabta tat-3:30 p.m., waqt li l-pulizija kienu fuq ronda fi Trejqet San Pietru, fil-Ħamrun innutaw persuna li kien allegatament qed jgħaddi pakkett b’sustanza suspettata droga lil persuna oħra.

Ir-raġel, Libjan ta’ 36 sena, ġie mwaqqaf mill-pulizija fejn minn tfittxija li saret fuqu, instabu 28 qartas b’sustanza suspettata droga sintetika, flimkien ma’ ponn tal-ħadid u ammont ta’ flus kontanti.

Il-pulizija wettqet ukoll tfittxija fir-residenza tar-raġel fi Triq il-Farfett, il-Marsa, fejn hemmhekk instabet iżjed droga sintetika, flimkien ma’ blokki ta’ sustanza suspettata reżina tal-kannabis u oġġetti oħra relatati mat-traffikar tad-droga.

Ir-raġel se jitressaq il-qorti llum għall-ħabta ta’ nofsinhar, quddiem il-Maġistrat Dr Claire Stafrace Zammit LLD.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport