Thursday, April 9, 2026

Raġel arrestat f’Raħal Ġdid b’rabta ma’ droga

Aqra wkoll

Raġel ta’ 28 sena residenti Raħal Ġdid, ġie arrestat mill-Pulizija fi Ġnien Toni Bezzina b’rabtama’ pussess aggravat tad-droga.

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-10.30am, waqt li l-pulizija kienu fuq ronda bil-pass fl-akwati, waqqfu lir-raġel, fejn minn tfittxija li saret fuqu nstab baskett tal-karti u li ġo fih kellu żewġ boroż kbar issiġġillati u mimlija b’sustanza suspettata buds tal-kannabis.

Tfittxija oħra saret fir-residenza tiegħu fi Triq Kordin, Raħal Ġdid, fejn instabet iżjed sustanza suspettata kannabis, b’total ta’ madwar nofs kilo, flimkien ma’ oġġetti relatati oħra marbuta mad-droga.

Huwa mistenni jitressaq il-qorti fil-ġranet li ġejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport