Friday, April 3, 2026

Raġel arrestat minn pulizija off-duty wara serqa

Aqra wkoll

Somalu ta’ 50 sena residenti Raħal Ġdid kien arrestat minn Spettur tal-Pulizija li kien off-duty ftit ħin wara li allegatament numru ta’ persuni sfaw misruqa fiż-Żurrieq.

Ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tat-8.00pm, dan l-uffiċjal ġie avviċinat minn xi nies li infurmawh li sabu xi oġġetti, fosthom mowbajls, ġgieket u basket neqsin, waqt li kienu fil-Knisja taż-Żurrieq.

Dawn l-istess persuni taw deskrizzjoni tar-raġel fejn indikawlu li ftit tal-ħin qabel innutawh idur b’mod suspettuż fil-knisja. Minnufih l-Ispettur beda jfittex lil din il-persuna u rah miexi fi Vjal Blue Grotto u ġie arrestat. Fil-pussess tiegħu nstabu l-oġġetti li allegatament kienu nsterqu ftit ħin qabel.

L-uffiċjal talab għall-assistenza, fejn ir-raġel ittieħed fl-Għassa tal-Pulizija fejn baqa’ jinżamm għal aktar investigazzjonijiet.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport