Monday, September 23, 2024

Raġel arrestat waqt roadchecks f’Raħal Ġdid

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Matul il-lejl li għadda, waqt li l-Pulizija tad-Distrett ta’ Raħal Ġdid kienu qegħdin jagħmlu roadchecks fi Triq il-Perit Dom Mintoff f’Raħal Ġdid, waqqfu vettura tal-għamla Volkswagen Up biex tiġi spezzjonata. 

Waqt li l-pulizija bdew jitkellmu max-xufier; raġel ta’ 32 sena, innutaw li hu flimkien mal-passiġġier; raġel Taljan ta’ 34 sena, bdew jaġixxu b’mod suspettuż. 

Għaldaqstant saret tfittxija fil-vettura fejn fil-bieba tan-naħa tax-xufier u mdendlin maċ-ċwievet tal-vettura nstabu pakketti b’sustanza suspettata droga kokaina, kif ukoll basket li kien fih ammont ta’ flus kontanti. 

Ir-raġel ittieħed fl-Għassa tal-Pulizija ta’ Raħal Ġdid u aktar tard ġie skortat lejn il-lockup fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Furjana. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Sport