Wednesday, July 24, 2024

Raġel arrestat waqt serqa fin-Naxxar

Aqra wkoll

Raġel ta’ 52 sena residenti Ħ’Attard, matul il-lejl illi għadda kien arrestat wara azzjoni immedjata mill-Pulizija mumenti biss wara li ġew infurmati li aktarx kienet qiegħda ssir serqa f’binja fin-Naxxar.

Kienu għall-ħabta tal-10:30 p.m, meta l-Pulizija daħlitilha informazzjoni li hemm
persuna suspettuża li dehret tidħol f’binja fi Triq San Ġorġ, Naxxar. Għaldaqstant, fuq il-post marru mill-ewwel il-Pulizija u kif waslu fuq il-post ġie nnutat li ġewwa kien hemm id-daw mixgħul.

Malli identifikaw ruħhom bħala pulizija, il-persuna li kienet ġewwa tfiet id-dawl u ftit wara nstema’ ħoss ta’ ħġieġ jinkiser. Kif raw hekk, il-Pulizija innutaw persuna taħrab minn tieqa li kellha l-ħġieġ imkisser għat-triq ta’ wara u titlaq tiġri.

Il-Pulizija minnufih bdew jiġru warajh sakemm irnexxielhom iżommuh u jarrestawh. Ir-raġel ittieħed l-Għassa tal-Pulizija fejn mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li fl-aħħar jiem huwa allegatament kien wettaq mill-inqas 12-il serqa oħra.

Huwa qiegħed jinżamm arrestat fil-lock-up tal-Pulizija l-Furjana u mistenni jitressaq il-Qortiillum, għall-ħabta tal-11:00 a.m quddiem il-Maġistrat Monica Vella

Ekonomija

Sport