Sunday, September 8, 2024

Raġel arrestat wara li jinstab fil-pussess ta’ 60 pakkett żgħir bil-kokaina fost droga oħra

Aqra wkoll

L-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra d-Droga arrestat raġel ta’ 24 sena residenti Marsaxlokk wara li nqabad fil-pussess ta’ ammont ta’ droga kokaina.

Wara diversi jiem ta’ osservazzjoni, tard ilbieraħ billejl, il-Pulizija ċċirkondat lir-raġel waqt li kien qed isuq fi Triq it-Trunċiera, Marsaxlokk.

Minn tfittxija li saret fil-vettura nstabu madwar 60 pakkett żgħir bid-droga kokaina, u żewġ pakketti żgħar bid-droga kannabis, lesti biex jinbiegħu. Instab ukoll ammont ta’ flus kontanti.

Il-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo ġiet informata bil-każ u ħatret inkjesta.

Ir-raġel qed jinżamm arrestat fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija u għada mistenni jitressaq il-Qorti taħt arrest b’akkużi relatati mat-trffikat tad-droga fost oħrajn.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport