Wednesday, March 27, 2024

Raġel arrestat wara li kisser ħġieġa ta’ karozza biex jisraq

Aqra wkoll

Raġel ġie arrestat wara li f’filmat li ġie ppubblikat fuq il-midja soċjali deher ikisser ħġieġa ta’ karozza biex jisraq baskett. 

Il-Pulizija qalet li l-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-10.15a.m. fi Triq il-Vittorja f’Ħal Qormi.

Ir-raġel ħarab minn fuq il-post iżda nqabad ftit tal-ħin wara mill-Pulizija tar-RIU.

Il-Pulizija qalet li huwa ttieħed l-Isptar minħabba xi ġrieħi li ġarrab.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.

Ekonomija

Sport