Thursday, April 9, 2026

Raġel arrestat wara li nqabad bid-droga qrib l-Isptar San Luqa

Aqra wkoll

Ilbieraħ filgħodu, għall-10.00am waqt li l-pulizija kienu qed iwettqu sorveljenza fl-inħawi tal-Isptar San Luqa f’Tal-Pietà, innutaw raġel ġo vettura li qajjem suspett li seta’ kien involut fit-traffikar tad-droga fl-inħawi.

Ir-raġel li għandu 25 sena u huwa residenti l-Belt Valletta twaqqaf mill-pulizija, fejn minn tfittxija li saret fuqu, kif ukoll fil-vettura tiegħu nstabu diversi qratas b’sustanzi suspettati kokaina, eroina u kannabis, flimkien ma’ ammont ta’ flus kontanti.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport