Tuesday, August 5, 2025

Raġel arrestat wara li nsulenta Maġistrat u lil familjari tal-Maġistrat 

Aqra wkoll

Pasqualino Cefai, reġa’ ġie arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li nsulenta Maġistrat u l-familjari tiegħu. Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li Cefai deher fil-Qorti ta’ Għawdex flimkien mal-avukat Mario Mifsud. 

Waqt li kien qed jagħmel is-sottomissjonijiet tiegħu, l-imputat għamel diversi allegazzjonijiet fil-konfront tal-Maġistrat Mifsud fosthom li daħħal u xorob flixkun whisky miegħu fil-ħabs.

Wara li imbagħad reġa’ ddaħħal fl-awla u skuża ruħu ta’ għemilu, Cefai qal lil Mario Mifsud, li kien qed jidher bħala vittma fil-każ, ‘barri’ u allega li ‘ommu kienet prostituta hi fil-Gżira’.

Intant, is-sitwazzjoni eskalat u l-Pulizija ntalbet tinvestiga lil Cefai. Filwaqt li l-Ġimgħa hu kien ingħata l-bail dwar il-każ din id-deċiżjoni kienet appellata u t-Tnejn, il-bail, ġiet revokata.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport