Friday, December 13, 2024

Raġel arrestat wara li resaq viċin it-tebut tar-Reġina

Aqra wkoll

Raġel ġie arrestat wara li resaq viċin it-tebut tar-Reġina Eliżabetta minn kju ta’ persuni li nġabru biex isellmulha f’Westminster Hall.

Il-Pulizija Metropolitana kkonfermat li r-raġel kien arrestat minħabba ksur ta’ ordni pubblika u li kien qiegħed jinżamm fil-kustodja. Jidher li l-arrest seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-10:00 p.m (Ħin fir-Renju Unit)

Matul l-arrest, il-filmat b’xandira diretta tan-nies isellmu lir-Reġna waqaf għal perjodu qasir sakemm ġiet kontrollata s-sitwazzjoni.

Aktar kmieni lbieraħ filgħaxija, mar-Re ingħaqdu l-aħwa l-Prinċipessa Anne, il-Prinċep Andrew u l-Prinċep Edward, f’velja fis-sala.

Reġina Eliżabetta II se tibqa’ f’Westminster Hall sat-Tnejn li ġej – il-ġurnata tal-funeral tagħha.

Ekonomija

Sport