Investigazzjoni oħra mmexxija mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra Drogi, waslet biex jiġi arrestat persuna b’rabta ma’ allegat traffikar u abbuż tad-droga f’residenza, f’Birkirkara.
Wara jiem ta’ osservazzjoni, il-Pulizija milll-Iskwadra ta’ Kontra Drogi flimkien mas-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit (RIU) marru fil-post fejn fir-residenza sabu raġel ta’ 41 sena.
Minn tfittxija li saret fir-residenza, il-Pulizija sabet sustanza suspettat droga ħaxixa lesta biex tiġi traffikata. Il-Pulizija sabet ukoll miżien eletroniku u affarijiet oħra relatati mat-traffikar
tad-droga.
Bil-każ ġiet infurmata l-Magistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.