Thursday, July 24, 2025

Raġel b ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur fin-Naxxar 

Aqra wkoll

Raġel ta’ 65 sena residenti l-Mellieħa kien involut f’inċident li seħħ dalgħodu  għal ħabta tal-10:15 a.m., fi Triq is-Salina, fin-Naxxar. 

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Honda, tilef ilkontroll, kellu impatt ma’ bankina u waqa`. 

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. 

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport