Illum, għal xi 1:00 p.m., , il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza f’għalqa fil-limiti tal-Isrkivit, l-Imġarr.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 65 sena residenti l-Imġarr weġġa’ waqt li kien qed juża mutur tal-ħart.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ

