Fi stqarrija l-Pulizija qalu li r-raġel li kien involut f’inċident bil-mutur ilbieraħ ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li raġel ta’ 46 sena residenti l-Fgura, tilef il-kontroll tal-mutur Suzuki li kien qed isuq, waqa’ u ħabat ma’ vettura BMW li kienet qed tinstaq fil-karreġġjata opposta minn raġel ta’ 30 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
Ilbieraħ: Sewwieq ta’ mutur l-isptar wara ħabta fi Triq il-Kosta
Sewwieq ta’ mutur kellu jiddaħħal l-isptar Mater Dei wara li għall-ħabta toss-2.30pm Kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kosta.
Jirriżulta li ragel ta’ 46 sena residenti l-Fgura tilef il-kontroll tal-mutur hekk kif wasal mar-roundabout u kellu mpatt ma’ karozza BMW.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li ħadu lis-sewwieq l-isptar.
Il-Pulizija qegħdin jinvestigaw il-każ.