Raġel ta’ 40 sena mill-Filippini qed isofri minn ġrieħi gravi, filwaqt li raġel ieħor ta’ 34 sena wkoll mill-Filippini qed isofri minn ġrieħi ħfief. Dan wara li lbieraħ għall-ħabta tad-9:00 p.m, il-Pulizija ġiet infurmat li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq l-Indipendenza fil-Pietà.
Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li ż-żewġ vittmi sfaw aggrediti min erba’ ġuvintur li ħarbu minn fuq il-post. Tim mediku ta l-għajnuna fuq il-post u ż-żewġ irġiel ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura medika.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.