Monday, November 11, 2024

Raġel bi ġrieħi gravi wara aċċident tat-traffiku f’San Ġwann

Aqra wkoll

Raġel mis-Senegal ta’ 24 sena u residenti l-Imsida, għall-ħabta tal-10.45pm, kellu jttieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’aċċident tat-traffiku fi Triq Salvu Bonanno, San Ġwann.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Ford Transit, misjuq minn raġel ta’ 23 sena residenti s-Siġġiewi, u mutur misjuq mill-vittma.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport